Il-Knisja qed tismagħhom liż-Żgħażagħ?

Il-missjoni tal-Knisja hija li twassal il-Kelma.  Imma bħal donnu llum jeħtieg li nkunu lesti nisemgħu wkoll, anzi forsi li qabel ngħidu tagħna jeħtieġ inħallu lill-poplu jgħidilna tiegħu, u din tgħodd b’mod speċjali maż-żgħażagħ.  Dan il-filmat qasir jista’ joffrilna sfida biex nirriflettu dwar realtà li spiss narawha fil-parroċċi u l-għaqdiet tagħna.

Għid tiegħek inti wkoll.  Nixtiequ nisemgħu minn għandek kif taħsibħa. F’din il-paġna stess tista’ tħallilna l-kummenti tiegħek.  Napprezzawhom …

6 thoughts on “Il-Knisja qed tismagħhom liż-Żgħażagħ?”

  1. Is-smiegh fina huwa don bhal kliem. Hafna minn aktar inhobbu nghidu milli nisemghu. Dan naghmluh sahansitra fil-familja u l-knisja mhix hielsa minn din it-tentajoni. Imma bhal kull tentazzjoni ohra rridu nirbhuha.

  2. Il-knisja ma tista’ qatt tieqaf tisma’, inkella dak li tipprova twassal lill-poplu jkun irrelevanti.

  3. Ninkwita hafna meta nara il knisja ghada ma adjornatx ruha u ma fehmitx xhin I evangelizzazzjoni. Hemm hafna xi tghid dwar Dan il film. Ir realta hi li il knisja ghanda il verita ghandu soluzjonijiet fil Kelma. Nahseb li il knisja tibza tinbidel u il konsegwenzi ilhom jidru. It tajjeb hu li fil knisja hemm min fhem u iddecieda li jinbidel u jidher fih il frott tal Ispirtu. Kullhadd hu liberu li jghazel li jhalli il Kelma t’Alla tghinu jiehu decisjonijiet.

  4. Wiehed mill-postijiet fejn il-knisja trid tkun lesta li tisma huwa fil-konfessinarju. Illum il-qrar bhal donnu qed imut mewta helwa. Qassisin li lesti jitkelllmu fl-omelija, imma ftit issibhom lesti jpoggu fil-konfessinarju jistennew min jigi jiftah qalbu maghhom. Forsi ghalhekk qeghdin ihabbtu bibien ohra? Il-poplu ghadu jhoss il-bzonn li jkollu min jisemghu u jifmu. Araw ftit il-klinici tal-priskjatri dejjem fullup. Jghidu li lanqas il-counsellors mhuma jlahhqu. Forsi l-ewwel xoghol ta’ dawn mhux li jisemu. U l-knisja li dan fehmitu sa minn mijiet ta’ snin ilu, illum qed titilfu ftit ftit? Fejn sejrin? Prosit tal-filmat.

  5. Il-Papa Gwanni XXiII kien xebbah lil Knisja ma’ Omm u Ghalliema. Qabel ma tkun ghalliema li titkellem, il-Knisja trid tkun omm li tisma’ u tghader.

  6. Hija hasra kbira li uhud minn hutna Maltin telqu l-knisja kattolika ghaliex ma sabu lil hadd li jismahom. Kien hemm hafna sacerdoti tajbin. imma fit-tjubija forsi mhux dejjem kienu lesti jisemu bizzejjed.

Leave a Reply