Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Dan l-aħħar rajt kitba fuqu li tgħidx kemm ħadt gost naqraha! L-għaliex jixraqlu! U jixraqlu li nsemmuh b’ismu. Mhux biss biex jieħu unur nazzjonali, għalkemm l-unuri qatt m’għamlu bih. Imma għall-ġid li l-Mulej qed jagħmel lill-poplu Malti.

Qiegħed nirreferi għall-ħabib kbir tiegħi Ġorġ Aġius. L-għannej tal-Mulej. L-għannej dejjem żgħażugħ. Minkejja d-90 sena li l-Mulej għoġbu jżejnu bihom. Kemm ili naħdem fl-Isptarijiet ta’ San Luqa u issa f’dak ta’ Mater Dei dejjem hekk nafu. Jiġi filgħodu. Għall-quddiesa tas-6.30 am. L-għaliex Ġorġ jibda’ l-ġurnata tiegħu bil-quddiesa, l-aqwa talba. Continue reading Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli!