Il-persekuzzjonijiet, kbar jew żgħar, huma l-prezz tax-xhieda Nisranija

It-Tnejn 2 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Jalla l-Mulej irattab il-qlub iebsa, li jikkundannaw kull ma hu ‘l barra mil-liġi. Dawn in-nies ma jafux li t-tenerezza ta’ Alla għandha ħila tneħħi qalb tal-ġebel u tqiegħed minflokha waħda tal-laħam. Hekk qal il-Papa Franġisku dalgħodu fil-meditazzjoni li għamel waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading Il-persekuzzjonijiet, kbar jew żgħar, huma l-prezz tax-xhieda Nisranija

Taċċettaw nies Father?

Patri Mario Attard OFM Cap 

Darba niftakar kont għall-laqgħa partikulari. Kienet laqgħa interessanti tassew. L-għaliex kienet tisfida lilna, il-persuni ikkonsagrati lil Alla, biex naraw kif se nħallu lill-Ispirtu jagħmilna aktar rilevanti għaż-żminijiet mqallba tallum.

Mhux wieħed jew tnejn jiġu jistaqsuna: “Taċċettaw nies Father?” Il-mistoqsija hija ħafna aktar minn mistoqsija. Fil-fatt hija karba li ħafna nies qiegħdin jokorbu fil-profond ta’ qalbhom. Hija karba ġejja minn qalb mimlija uġiegħ. Inkwiet. Tħassib. Hija qalb minfuda mid-diżappunti tal-ulied. U, abbli, mit-tradiment tas-sieħeb jew is-sieħba fiż-żwieġ. Hija talba ġejja minn spirtu għajjien li jrid isib ftit mistrieħ. Continue reading Taċċettaw nies Father?

Mid-dlam tal-mewt għad-dawl tal-ħajja

Patri Mario Attard OFM Cap

“’Isaw! Ġibul[ha] l-isbaħ libsa u xidduhiel[ha], libbsul[ha] ċ-ċurkett f’sebgħ[aha] u s-sandli f’riġlejh[a]! Ġibu l-għoġol l-imsemmen u oqtluh, ħa nieklu u nagħmlu festa,  għax d[i]n binti kien[et] mejt[a] u r[e]ġ[għet] qam[et], kien[et] mitluf[a] u nstab[et]!’ (Lq 15:22-24). Hekk nistħajjel li qal Missierna tas-Sema fis-sena 2000, fis-Sena tal-Ġublew, li fih mhux biss tfakkar l-2000 anniversarju mit-twelid ta’ Kristu Sidna imma wkoll meta waħda minn uliedu, Claudia Koll, l-attriċi magħrufa Taljana, ħarġet mill-jasar tad-dnub u issieħbet “fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl” (Kol 1:12). Continue reading Mid-dlam tal-mewt għad-dawl tal-ħajja

A visit by a living icon of God’s mercy

Fr Mario Attard OFM Cap

Upon reading her witness my mind and heart raced back to an incident which took place some two millenia ago, precisely in the city of Capernaum, the field of repentance, the city of comfort. Thus, the Lukan Gospel recounts: “And behold, a woman of the city, who was a sinner, when she learned that he was at table in thePharisee’s house, brought an alabaster flask of ointment, and standing behind him at his feet, weeping, she began towet his feet with her tears, and wiped them with the hair of her head, and kissed his feet, and anointed them with theointment” (Luke 7:37-38). Continue reading A visit by a living icon of God’s mercy