In-nagħġa l-mitlufa

17. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Mejju 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kollha nafuha x-xbieha tar-Ragħaj it-Tajjeb li jerfa’ fuq spallejh in-nagħġa l-mitlufa. Sa minn dejjem din l-ikona tirrappreżenta l-għożża u l-attenzjoni ta’ Ġesù lejn il-midinbin u l-ħniena ta’ Alla li ma jirrassenjax ruħu għall-fatt li ntilfitlu mqar nagħġa waħda. Ġesù jirrakkonta din il-parabbola biex jurina kemm huwa qrib tal-midinbin u li dan m’għandu jiskandalizza lil ħadd, imma għall-kuntrarju jrid iqanqal fina lkoll riflessjoni serja fuq kif qed ngħixu l-fidi tagħna.

Continue reading In-nagħġa l-mitlufa