In-nies ta’ wara l-kwinti

Patri Mario Attard OFM Cap

Ma tantx jissemmew. Għaliex wara l-kwinti. Kulħadd jara u japprezza r-riżultat ta’ xogħolhom. Mank jaħasra japprezza lilhom! X’taħsbu?

Qtajtha li llum inħarbex xi ħaġa fuqhom. Dan il-ħsieb ma ġiex bl-addoċċ ħbieb! Imma ġie meta l-Mulej ħadni fosthom. Wara ġurnata xogħol bla waqfien l-għada ma stajtx ma nqumx imfarrak. Imma rqadt! Nirringrazzja l-Mulej! U filgħodu, bil-mod il-mod, qomt, ħadt kollazzjon u rħejtilha sal-Knisja. Ħa nitlob u nimxi. U nimxi u nitlob. Kif għallimni l-għażiż Fra Ġużepp li llum żgur li qiegħed fil-glorja tas-Sema. Kemm kien Fra umli! Niftakar biss fih nieħu r-ruħ u nagħmel kuraġġ ta’ sur! Grazzi Mulej għal Fra Ġużepp! Continue reading “In-nies ta’ wara l-kwinti”