Għid il-Ħamsin ngħixuh mhux infakkruh.

Minkejja l-bosta tbatijiet kbar li nilmħu madwarna, u minkejja li tant persuni kemm kemm ikollhom biex jitrejqu, imma xorta waħda llum qegħdin ngħixu f’kultura li timbuttana nfakkru u niċċelbraw il-passat.  Anke jekk ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet li nagħmlu biex infakkru okkażjoni jew oħra huma kważi sfurzati fuqna minn kummerjċjaliżmu sfrenat, xorta jibqa’ tajjeb li ġrajjiet importanti f’ħajjitna u f’dawn ta’ niesna u ta’ ħbiebna ma jintesewx daqs li kieku qatt ma seħħu. Mill-banda l-oħra x’tiswa ċelebrazzjoni jew tfakkir ta’ ġrajja, jekk dik il-ġrajja llum għalija ma għadha tfisser propju xejn?   Bħal ngħidu aħna dik il-koppja li minkejja li nfirdu u t-tnejn qabdu sieħeb u sieħba oħra, madankollu f’jum l-anniversarju taż-żwieġ li darba kellhom bejniethom, xorta baqgħu jibgħatu kartolina u forsi wkoll jixtru xi rigal lil xulxin.  Ikun hemm min jgħid li dan huwa tajjeb, u sinjal ċar ta’ persuni ċivilizzati, imma mill-banda l-oħra x’tifsira għandha ċelebrazzjoni ta’ ġrajja li la għadhom jgħixuha u lanqas jemmnu fiha? Continue reading Għid il-Ħamsin ngħixuh mhux infakkruh.