IL-KOABITAZZJONI F’MALTA

Sottomissjonijiet mill-Moviment ta’ Kana bħala kontribut għall-konsultazzjoni mnieda mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili

  1. OSSERVAZZJONI ĠENERALI

Kull persuna, ikun xi jkun l-istat tiegħu jew tagħha, għandha tiġi trattata b’rispett u b’dinjità. Mil-lat ċivili, huwa għalhekk dmir ta’ kull leġislatur, li jirregola d-drittijiet u l-obbligi bejn persuni f’forom differenti ta’ relazzjonijiet, bħalma huma il-koabitazzjoni, l-unjoni ċivili u ż-żwieġ. Continue reading IL-KOABITAZZJONI F’MALTA

L-Insara jaħdmu għall-għaqda, min jiżra’ s-sikrana jifred

Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Ġesù jitlob għall-għaqda fost l-Insara imma fil-Knisja hemm min jiżra’ s-sikrana, dawk li jifirdu u jeqirdu l-komunitajiet bi lsienhom. Dan affermah il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Qabel il-Passjoni, Ġesù jitlob għall-għaqda fost dawk li jemmnu, fost il-komunitajiet Insara, ‘biex ikunu ħaġa waħda’ bħalma huma Hu u l-Missier, biex b’hekk id-dinja temmen.

Continue reading L-Insara jaħdmu għall-għaqda, min jiżra’ s-sikrana jifred

Il-Belt Eterna

Patri Mario Attard OFM Cap                                                                   

Ir-Rumani kienu jsejħulha Roma Aeterna, il-“Belt Eterna”. Inkella Caput Mundi, il-“Belt Kapitali tad-Dinja”. Ir-Rumani tal-qedem kienu jemmnu li, jiġri x’jiġri lid-dinja, u jitwieldu kemm jitwieldu u jmutu kemm imutu imperi, Ruma ħa tibqa’ għal dejjem.

Fil-mawra li kelli f’din il-Belt speċjali, waqt li kont miexi mat-toroq twal u storiċi tagħha, u nżur u nitlob fil-Knejjes sbieħ tagħha, dan kien il-ħsieb li ma ħallinix kwiet. Imqar għal waqt wieħed biss. Ruma! Il-Belt imperjali. Il-Belt tar-Repubblika. Il-glorja tal-Imperu Ruman. Il-Belt mimlija storja. Arkittetura. Pittura. Skultura. Il-Belt fejn il-frażi qadima Latina għadha tidwi sallum stess, fl-ispazzju imperjali u ekkleżjastiku tagħha: Roma locuta est causa finita est! Continue reading Il-Belt Eterna