Mela darba …

Patri Mario Attard OFM Cap

L-istorja. Li taffaxxina. Li tiftaħ separju. Li jaf ikun bla tmien. Għal min ikollu l-gazz li jidħol u jibqa’ nieżel fih. Hi x’inhi l-istorja tibqa’ l-għalliema tal-Istorja. L-istorja tal-bniedem. L-istorja tagħna. Fil-memorja kollettiva tagħna. Bħala bnedmin. Bħala poplu.

Mela darba kien hemm tifel. U dan it-tifel kien il-fessud t’ommu u missieru. Kulma jrid kienu jagħtuhulu. U int x’tistenna minn dat-tifel li ħliefu fil-familja ma kienx hemm? Xewqtu għalhekk bdiet issir liġi. Issa jrid hekk mela nagħmlu hekk. Imbagħad irid hekk u jkollna noqgħodu għalih. Kien hu biss. Kontra tnejn. It-tifel! U mhux il-ġenituri tiegħu. Iż-żgħir u mhux il-kbir. Il-ħanex u mhux min kien qed isir fil-forn tal-esperjenza tal-ħajja. Leħnu, l-għaliex jgħajjat, kellu jiġi obdut minnufih. Forsi l-għaliex aktar żgħażugħ. U illum liż-żgħir min ma jiggustahx? Inkella forsi l-għaliex iż-żgħir dejjem b’xi ħaġa ġdida! U mhux aħjar minn dawk li issa qed jiqdiemu? Issa dawk skadew x’kull waħda! Continue reading Mela darba …