Patri Mario Attard OFM Cap
Il-kapital! Il-flus! Il-poter ekonomiku! Is-setgħa tas-swieq! Kollha huma buzz words fid-dinja post-moderna li qiegħdin ngħixu fiha illum.
Ġieli kien hemm persuni li qaluli: “Patri! Agħmel kapital minn … !” Jiġifieri għamel l-aħjar użu mit-tali sitwazzjoni, prodott u l-bqija. Din il-frażi tassew tolqotni. Naraha bil-wisq tagħmel sens u fejqana. U, illum ngħid, li nagħmlu tajjeb jekk nużawha minflok il-kelma “sfruttament”. Dan l-għaliex il-kelma “sfruttament” hija aktar marbuta ma’ konsegwenzi negattivi milli pożittivi. Mal-kelma “sfruttament” hemm marbut magħha l-kelma abbuż. Jiġifieri l-użu ħażin tas-sitwazzjoni, tal-ħaġa u l-bqija. Minħabba li illum qiegħdin ngħixu f’kultura fejn anki l-kelma abbuż qed tiġi vilment abbużata ikun aktar għaqli jekk nitħaddtu mill-kelma kapital. Continue reading “Agħmel kapital!”