Gideb u disfatti!

Patri Mario Attard OFM Cap

“U mur ara! Gidba għall-bżonn m’hiex dnub! Mhux white lie?” Veru! Mitt darba u elf! Imma dejjem lie jew gidba tibqa’. Mhux hekk?

Il-gidba velenuża l-għaliex tnaqqar il-fiduċja. Mela qabel kont nafdak l-għaliex ngħidlek kollox. Sal-inqas għomma li kien ikolli fuq l-istonku. U kont nafdak l-għaliex fik kont nara ħabib u ħabiba. Kont inqisek b’waħda u b’wieħed mill-familja stess. Imma mbagħad qbattek tigdibli. U weġġajt. L-għaliex li kieku kien ċikku l-poplu kont ngħid: “U ija! Ħallieha! Tgħaddi mal-oħrajn! Imma proprju int li kont taf b’kull xagħra u sufa li għandi?” Continue reading Gideb u disfatti!

Il-qdusija hija tama mimlija kuraġġ, pass pass kull jum li jgħaddi

It-Tlieta 24 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-mixja fil-preżenza t’Alla, afferma dalgħodu l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta, tfisser li nimxu lejn il-qdusija. Dan l-impenn jeħtieġ qalb li taf tittama bil-kuraġġ, tinterroga lilha nfisha u, bis-sempliċità, tinfetaħ għall-grazzja t’Alla.

Continue reading Il-qdusija hija tama mimlija kuraġġ, pass pass kull jum li jgħaddi