LIVE-IN li ħalla l-frott

Patri Mario Attard OFM Cap

Jeżiżtu esperjenzi fil-ħajja li ma tagħmilhomx darba biex tgħid tkun għamilthom. Iżda tagħżel li tagħmilhom l-għaliex ikunu, minnhom infushom, pożittivi. Huma esperjenzi li bihom tintebaħ li fil-ħajja hawn frott li jikber bil-bosta. Tant li dan il-frott ikun iddestinat li jibqa’!

Esperjenza ta’ din ix-xorta kienet Live-in li għalaq is-Sena Akkademika 2015-2016 mnedija mill-Istitut Agostinjan. Dan il-Live-in sar fid-Dar tal-irtiri, id-De La Salle Centre, fil-Mellieħa bejn id-29 ta’ April u l-1 ta’ Mejju 2016. Minħabba l-impenji li għandi fl-Isptar stajt nattendi biss mis-Sibt 30 t’April sal-Ħadd l-1 ta’ Mejju. Kienu hemm mas-26 persuna li ħadu sehem f’dan il-Live-in. Continue reading LIVE-IN li ħalla l-frott

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Iklin

Il‑Ġimgħa 27 ta’ Mejju: L- Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Iklin. Continue reading L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Iklin