Ħaseb li ħa naħrablu!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-bdil tal-arja ta’ dan l-aħħar wassal biex biddel lili! Tqaħqiħa wara l-oħra. Sakemm kelli mmur sal-emerġenza u jagħmluli nebuliser. X’tagħmillek l-ażma ħabib!

Imma, nirringrazzja lill-Mulej, l-Isptar tagħna huwa attrezzat tant li ġejt mgħejjun minnufih. U, minn sitwazzjoni li ħassejtni se nifga, erġajt irpiljajt sewwa. Biex nissokta l-ġirja tal-ħajja … Grazzi Mulej! Continue reading Ħaseb li ħa naħrablu!

L-Opri tal-Ħniena

8. Katekeżi mill-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Straordinarji tal-Ġublew tal-Ħniena. 30 ta’ Ġunju 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm drabi, matul dawn l-ewwel xhur tal-Ġublew, smajna min jitkellem dwar l-opri tal-ħniena! Il-lum il-Mulej qed jistedinna nagħmlu eżami serju tal-kuxjenza. Tajjeb, fil-fatt, li ma tinsew qatt li l-ħniena m’hix kelma astratta, imma stil ta’ ħajja: persuna li tista’ tkun ħanina jew tista’ ma tkunx ħanina; stil ta’ ħajja.

Continue reading L-Opri tal-Ħniena

An unforgettable anniversary

Fr Mario Attard OFM Cap

This year marks the 2400th anniversary of the birth of Aristotle (Aristotélēs). Who was this great and respected man whom Dante Alighieri, in La Divina Commedia, dubbed him as “the master of those who know?” (Inf. 4.131). Who was this man which, this famous epic poem, made other prominent philosophers such as Socrates and Plato, simply look up to him with so much honour? Continue reading An unforgettable anniversary

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016: Dalgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir-Rabat. Wara, l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Katidral tal-Imdina.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl

L-Arċisqof jordna tmien saċerdoti ġodda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016: Festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ tmien saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Continue reading L-Arċisqof jordna tmien saċerdoti ġodda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl

It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Translazzjoni Solenni u ċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl