L-2400 anniversarju mit-twelid ta’ ġenju

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO ħabbret li f’din is-sena, l-2016, tiġi iċċelebrat fiha l-Anniversarju mit-twelid ta’ Aristotile. Din id-deċiżjoni importanti ġiet mittieħda fit-38 sessjoni tal-Konferenza li nżammet f’Pariġi bis-saħħa tas-suġġeriment tal-Kummissjoni Nazzjonali Griega.

L-anniversarju mill-2400 sena mit-twelid ta’ dan il-filosfu Grieg tal-qedem qed jilħaq il-milja tiegħu f’din il-ġimgħa meta għaddejja konferenza internazzjonali organizzata miċ-Ċentru Interdixxiplinarju għall-Istudji ta’ Aristotile. Din il-konferenza qiegħdha titella’ fl-Università ta’ Tessalonika mit-Tnejn 23 sa għada s-Sibt 28 ta’ Mejju. Kif kien mistenni dan il-forum ġab fil-Greċja l-krema tad-dinja filosofika moderna. L-aqwa riċerkaturi qiegħdin jippreżentaw l-istudji tagħhom dwar ix-xogħol ta’ Aristotile mhux biss fl-università li hija msemmija għalih imma wkoll fi Stagira tal-qedem, illum Halkidiki, il-belt fejn dan il-ġenju kbir Grieg u ta’ kull żmien twieled fis-sena 384 QK u kif ukoll f’Mieza tal-qedem fejn kien għallem lil Alessandru l-Kbir. Continue reading L-2400 anniversarju mit-twelid ta’ ġenju