Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Hi ereżija li tgħid “dan jew xejn”. Ġesù jgħallimna realiżmu sân

Hi ereżija li tgħid “dan jew xejn”. Ġesù jgħallimna realiżmu sân


Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-ġustizzja tagħkom trid tkun aħjar minn dik tal-iskribi u l-fariżej. Il-Papa Franġisku tnebbaħ minn din l-eżortazzjoni ta’ Ġesù li naqraw fil-Vanġelu tal-lum biex jitkellem dwar l-importanza tar-realiżmu nisrani.

 

Il-poplu, afferma l-Papa, kien xi ftit mifxul għax dawk li kienu jgħallmu l-liġi ma kinux koerenti bix-xhieda ta’ ħajjithom. Bħala eżempju semma’ l-ewwel Kmandament “Ħobb lil Alla u lil għajrek” u qal li min jinkorla għal ħuh għandu jkun ikkundannat.

Hu tajjeb li nisimgħu dan f’daż-żmien meta mdorrijin nisimgħu vokabularju tant imlewwen biex ninsultaw lil ħaddieħor. Dan hu dnub, kompla l-Papa, hu delitt għax hu daqqa ta’ ħarta lir-ruħ ta’ ħuk, lid-dinjità tiegħu. U b’ironija qarsa l-Papa żied jgħid li spiss ngħidu bosta kliem ħażin… b’karità kbira!!!, imma ngħiduhom xorta waħda!!

Minħabba li għall-quddiesa kien hemm xi tfal, il-Papa stieden lill-kongregazzjoni biex majħabblux rashom għax il-prietka ta’ tifel fil-knisja hi isbaħ minn dik tal-qassis, tal-isqof jew tal-Papa nnnifsu. It-tfal huma l-leħen tal-innoċenza li tagħmel tajjeb lil kulħadd.

Lil dan il-poplu diżorjentat Ġesù, kompla jafferma l-Papa, jitolbu jħares ‘il fuq u jibqa’ miexi ‘l quddiem. Imma ma jonqosx iżidilhom kemm ħsara tagħmel lill-poplu l-kontro-xhieda minn-naħa tal-insara.

Kemm-il darba, aħna fil-Knisja nisimgħuhom dawn l-affarijiet! ….. Għax dak ir-raġel, dak il-qassis, dik il-mara membru tal-Azzjoni Kattolika, dak l-isqof, dak il-Papa jgħidulna: “Għandkom tagħmlu hekk”, u mbagħad huma jagħmlu bil-maqlub.

Dan hu l-iskandlu li jferi l-poplu t’Alla u ma jħallihx jikber, jimxi ‘l quddiem. Anki l-poplu tal-Vanġelu kien ra l-ebusija tal-iskribi u l-fariżej u wkoll meta kien jiġi profeta li kien itihom ftit tal-ferħ kienu jispiċċaw jippersegwitawh jekk mhux ukoll jolqtluh: ma kellhomx post għall-profeti.

U Ġesù lill-fariżej jgħidilhom: Intom qtiltu l-profeti, ippersegwitajtuhom lil dawk li kienu qed iġibu fostkom arja ġdida.

Il-ġenerożità u l-qdusija li jitlob minna Ġesù tfisser li nibqgħu dejjem telgħin ‘il fuq. Dan hu l-ħelsien mir-riġidità tal-liġi u tal-idealiżmi li ma jagħamlulniex tajjeb.

Ġesù, kompla jikkummenta l-Papa, jafna sew, jaf in-natura tagħna. Għalhekk iħeġġiġna biex meta jkollna xi ngħidu ma xi ħadd niftehemu mill-ewwel.
Ġesù jgħallimna realiżmu ieħor, realiżmu sân. Ħafna drabi ma nistgħux naslu għall-perfezzjoni, imma tal-anqas għandna nippruvaw nagħmlu ħilitna kollha biex niftehemu.

Dan hu r-realiżmu sân tal-Knsija Kattolika li qatt ma tgħallem “dan jew xejn”.

Dak mhu Kattoliku xejn. Il-Knisja tgħid: “dan u dak”. Ipprova kun perfett, irrikonċilja ruħek ma’ ħuk, tinsultahx, ħobbu. U jekk hemm xi problema, tal-anqas ipprova ftiehem ħalli ma tibdiex gwerra.

Ir- realiżmu sân Kattoliku dan hu. Mhux Kattoliku li tgħid “jew dan jew xejn”. Anzi dak hu eretiku. Ġesù dejjem jaf jimxi magħna, itina l-ideal, jakkumpanjana biex nersqu lejn l-ideal, jeħlisna mill-qafas tar-riġidità tal-liġi u jgħidilna: Agħmlu dak kollu li tistgħu. U Hu jifhimna tajjeb. Hekk hu magħmul il-Mulej tagħna, dan hu dak li jgħallimna.

Il-Mulej, kompla jgħid il-Papa jitlobna biex ma nkunux ipokriti; biex ma nfaħħrux ‘l Alla bl-istess ilsien li bih ninsulentaw lil ħuna. Agħmlu li tistgħu, ħeġġiġna Ġesù, imma tal-anqas evitaw il-gwerrer bejnietkom, ftehemu.

U ppermettuli ngħidilkom kelma li tidher xi ftit stramba, qal il-Papa Franġisku: hemm il-qdusija ċkejkna neġozjata: mhux kollox nista’, imma rrid, irrid niftiehem miegħek, tal-anqas ma nisulentawx lil xulxin, ma nagħmlux gwerrer bejnietna u ngħixu fil-paċi. Ġesù hu kbir, jeħlisna mill-miżerji tagħna, jeħlsina wkoll mill-idealiżmi li mhumiex Kattoliċi. Nitolbuh jgħallimna l-ewwel biex noħorġu mir-riġidità tagħna, ħalli nkunu nistgħu nitilgħu ‘l fuq, biex naduraw u nfaħħru ‘l Alla; jgħallimna nirrikonċiljaw ruħna bejnietna u jgħallimna wkoll biex niftiehemu bejnietna mill-aħjar li nistgħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: