L-Arċisqof jagħmel omelija f’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Pro-Katidral ta’ San Pawl

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u agħmel omelija fl-okkażjoni t’għeluq id-90 sena mit-twelid tal-Maestà Tagħha ir-Reġina Eliżabetta II. Il-Quddiesa saret fil-Pro-Katidral u Knisja Kolleġjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Continue reading L-Arċisqof jagħmel omelija f’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Pro-Katidral ta’ San Pawl

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali u niseġ il‑Paniġierku fil‑festa ta’ San Filippu ta’ Aġġira, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ

Itlaq kollox!

Patri Mario Attard OFM Cap

Jgħidu li meta l-maħbub jħobb tassew lill-maħbuba tiegħu kollox jagħmel għaliha biex jikkuntentaha. L-għaliex l-għaxqa tiegħu hi li xewqet qalbha ma jiksirilha qatt!

Hekk għamlu għadd ta’ qassisin, patrijiet, sorijiet, irġiel u nisa. Żgħażagħ u adulti. Semgħu x’kienet xewqet il-Maħbub ta’ qalbhom. “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16:15). U, mimlijin bl-imħabba għalih, ma qagħdu jqisu xejn. La ma xiex kienu se jiltaqgħu. U lanqas f’liema kundizzjonijiet kienu se jgħixu fihom. Quddiem wiċċhom dehret iva viżjoni waħda: li jwasslu lil Kristu fil-pajjiżi mbiegħda tad-dinja. Ħafna minnhom batew il-ġuħ. Oħrajn spiċċaw il-ħabs. Oħrajn ferewhom filwaqt li l-bqija spiċċaw maqtula. U dan kollu l-għaliex wasslu l-aħbar tas-salvazzjoni u tat-tama lil dawk li kienu mċaħħda minnha. Continue reading Itlaq kollox!