Issa!

Patri Mario Attard OFM Cap

Qomt għall-ġurnata OFF mill-isptar. U, bħas-soltu, il-ħsieb biss li kont naf li kont se nkun il-kunvent imlieni b’serħan kbir! Il-kunvent sirt inħobbu ħafna! L-għaliex qed inkun ħafna fil-periferija moderna. Fl-isptar.

Fettilli noħroġ ftit barra. Fil-ġardina ħelwa li għandna wara l-kunvent. Għalkemm kien jum xemxi, kif jaf jagħmel ir-rebbiegħa, fil-ġardina kien hemm fewġa li għaxxietni bil-ħajja. Kemm ħadt gost nieħu nifsijiet twal u profondi biex il-pulmuni tiegħi, almenu għal dakinnhar, ma jibqgħux jiddependu mill-arja kundizzjunata. Dik l-arja li l-pulmuni tiegħi ilhom jirċevuha mat-tmien snin u nofs. Continue reading “Issa!”