Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016. Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.

Aħna, I-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma’ tant nies f’pajjiżna li jemmnu fil-valur u d-dinjità tal-ħajja lilhinn mit-twemmin li jħaddnu, irridu nesprimu t-tħassib tagħna għall-Protest Ġudizzjali li tressaq fil-Qrati tagħna mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Mara, biex f’pajjiżna tiġi legalizzata il-pillola morning-after.

Continue reading Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Ħniena u konverżjoni

7. Katekeżi mill-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Straordinarji tal-Ġublew tal-Ħniena. 18 ta’ Ġunju 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-qawmien mill-mewt, Ġesù deher kemm-il darba lid-dixxipli tiegħu, qabel tela’ fil-glorja tal-Missier. Is-silta tal-Vanġelu li għadna kemm smajna (Lq 24:45-48) tirrakkonta waħda minn dawn id-dehriet, fejn il-Mulej juri x’għandu jkun il-kontenut fundamentali tal-predikazzjoni li l-Appostli għandhom joffru lid-dinja.

Continue reading Ħniena u konverżjoni