Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Inħarsu fil-mera qabel niġġudikaw lil ħaddieħor

Inħarsu fil-mera qabel niġġudikaw lil ħaddieħor


It-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Qabel ma niġġudikaw għandna nħarsu lejn il-mera biex naraaw kif ninsabu aħna. Waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku għamel l-aħħar omelija qabel il-waqfa għas-sajf.

 

Il-Qdusija Tiegħu saħaq li d-differenza bejn il-ġudizzju tagħna u dak ta’ Alla mhix l-omnipotenza imma l-ħniena.

Alla biss jista’ jiġġudika. Għalhekk jekk ma rridux min jiġġudika lilna, lanqas aħna m’għandna niġġudikaw lil ħaddieħor. Il-Papa Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni fuq is-silta tal-Vanġelu fil-liturġija tal-lum. Ilkoll kemm aħna, osserva, irridu li fil-jum tal-ġudizzju l-Mulej iħares lejna bil-ħniena, jinsa tant affarijiet koroħ li għamilna tul ħajjitna.

Għalhekk, jekk int il-ħin kollu tiġġudika lill-oħrajn, wissa l-Papa, bl-istess kejl tkun iġġudikat int. Għalhekk il-Mulej jistedinna biex inħarsu fil-mera.

Inħares fil-mera mhux biex tagħmel “il-makeup” ħalli t-tikmix ma jidhirx. Le, le u le mhux dak il-parir li jtina! Ħares lejn il-mera biex tara lilek innifsek kif int. Għaliex tara t-tibna f’għajn ħuk u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek?

Jew kif tista’ tgħid lil ħaddieħor: ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek, filwaqt li f’tiegħek hemm travu? U kif jarana Alla meta aħna nagħmlu dan? Hemm kelma waħda biss: “ipokrita”, l-ewwel neħħi t-travu minn għajnek u b’hekk tkun tista’ tara aħjar biex tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.”

Il-Mulej, qal il-Papa, jirrabja xi ftit b’dan, isejħilna ipokriti għax inqiegħdu lilna nfusna minfloku. L-istess għamel is-serpent lil Adam u Eva, osserva l-Papa:”jekk tieklu minn dis-siġra ssiru bħalu”. Adam u Eva riedu jeħdulu postu.

Għalhekk il-ġudizzju hu tant ikraħ! Il-ġudizzju huwa għal Alla biss! Aħna għandu jkollna, imħabba, komprensjoni, u nitolbu għall-oħrajn meta naraw li affarijiet mhux sejrin tajjeb, nitkellmu dwarhom: ‘isma, jien qed nara hekk u hekk… forsi….’, imma ġudizzju qatt u qatt. Jekk aħna niġġidikaw inkunu ipokriti.

Meta niġġudikaw, żied jgħid il-Papa, inkunu qed nieħdu post Alla, imma l-ġudizzju tagħna hu fqir ħafna, qatt ma jista’ jkun ġudizzju veru.
U għaliex tagħna qatt ma jista’ jkun bħal ta’ Alla? Għax Alla hu omnipotenti u aħna le? Le, qal Franġisku, ir-raġuni hi li l-ġudizzju tagħna hu nieqes mill-ħniena, għax meta Alla jiġġudika, jiġġudika bil-ħniena.

Ejjew illum naħsbu f’dan li qed jgħidilna l-Mulej: tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati: l-istess kejl li nużaw aħna biex niġġudikaw lil ħaddieħor se jintuża magħna… u ma ninsewx inħarsu lejn il-mera qabel ma niġġudikaw.

M’għandniex ikunu ipokriti u nqiegħdu lilna nfusna minflok Alla, għax il-ġudizzju tiegħi hu fqir, nieqes mill-ħniena li juża Alla biex jiġġudika lilna. Jalla l-Mulej itina l-grazzja li dan nifhmuh sewwa, temm Franġisku.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: