Żiffa ħelwa

Patri Mario Attard OFM Cap

F’dawn l-aħħar jiem kelli l-grazzja niċċelebra, flimkien ma’ ħuti l-Patrijiet Kapuċċini Maltin, it-68 Kapitlu Provinċjali mit-twaqqif tal-Provinċja Kapuċċina għażiża tagħna Maltija. Din is-sena, kif ġara tista’ tgħid f’dawn l-aħħar snin, il-Kapitlu ġie iċċelebrat fis-Seminarju tal-Arċisqof, fir-Rabat.

Kull darba li kont inqum filgħodu biex immur nitlob mal-Patrijiet ħuti, kemm jekk għall-quddiesa li biha konna niftħu l-ġurnata u kif ukoll għat-Tifħir tas-Sbieħ il-Jum, kont nisfa’ imħaddan minn żiffa tassew sabiħa. Iż-żiffa għodwija. Meta kont inħossni mħaddan minnha hi, li kienet tiġi għall-fuqi mir-roqgħa dellija l-għodwa, f’qalbi kont inħoss li għandi ngħatti wiċċi. Sewwasew l-għaliex f’din iż-żiffa ħelwa imma li kienet treżżaħni għodu għodu, kont niftakar f’dak li għadda minnu l-profeta Elija. Jiġifieri kienet tfakkarni f’dak il-profeta li ltaqa’ mal-Mulej mhux fil-qilla tar-riefnu. Wisq anqas fit-tkarwid tar-ragħad li jriegħed is-sema. Imma fis-sempliċi preżenza taż-żiffa ħelwa. Continue reading Żiffa ħelwa