Il-Kelma taċ-Champions

Patri Mario Attard OFM Cap

Naħseb li bħali tgħaxxaqtu taraw il-logħba kbira li saret fl-Istadium San Siro f’Milan, nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju, jiġifieri l-finali taċ-Champions League bejn ir-rivali eterni Real Madrid u Atlético Madrid. Personalment spiċċajt bla kliem meta rajt l-Istadium, li jesa’ mas-71,500 spettatur, mimli daqs bajda għal din il-logħba li kull team tal-football għad joħlom li jilgħab.

Iż-żewġ formazzjonijiet kienu mħejjija sa’ snienhom għall-partitissma. It-tnejn li huma ma kellhomx x’jitilfu. Wara kollox La Liga kien issa mar għal darb’oħra għand il-Katalani, il-Barcellona. Kien il-penalty li xxutja l-leġġendarju Cristiano Ronaldo, wara li l-player ta’ Atlético Juanfran laqat in-naħa tal-lemin, li ta lil Blancos (Il-Bojod) l-aqwa titlu li jista’ joffri l-football Ewropew fuq livell ta’ club. Dan kien il-ħdax-il trijonf tagħhom f’din il-kompetizzjoni. Continue reading Il-Kelma taċ-Champions