Kelma ta’ Missierek!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ibni! Binti! Forsi ma tafniex. Imma jiena kollox naf fuqek (Salm 139:1).

Naf meta tpoġġi bilqiegħdha. U meta tqum (Salm 139:2). Jiena ta’ ġewwa mal-modi ta’ mġieba tiegħek (Salm 139:3). Naf saħansitra sal-inqas xagħra f’rasek (Mattew 10:29-31). Għaliex ġejt maħluq\a fuq xbihati (Ġenesi 1:27). Fija tgħix, timxi u tista’ tkun int (Atti 17:28). Għaliex int wildti (Atti 17:28). Kont nafek qabel ġejt imnissel\imnissla (Ġeremija 1:4-5). Għażiltek meta ħejjejt il-ħolqien (Efesin 1:11-12). Ma kontx xi żball. Jiemek jinsabu miktuba fil-ktieb tiegħi (Salm 139:15-16). Jiena iffissajt iż-żmien eżatt li fih int twelidt u fejn se tgħix (Atti 17:26). Int ġejt maħluq\a b’mod tal-għaġeb (Salm 139:14). Nissiġtek f’ġuf ommok (Salm 139:13). U ħriġtek ‘il barra minn ġuf ommok fil-jum li fih twelidt (Salm 71:6). Continue reading Kelma ta’ Missierek!