Ħaseb li ħa naħrablu!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-bdil tal-arja ta’ dan l-aħħar wassal biex biddel lili! Tqaħqiħa wara l-oħra. Sakemm kelli mmur sal-emerġenza u jagħmluli nebuliser. X’tagħmillek l-ażma ħabib!

Imma, nirringrazzja lill-Mulej, l-Isptar tagħna huwa attrezzat tant li ġejt mgħejjun minnufih. U, minn sitwazzjoni li ħassejtni se nifga, erġajt irpiljajt sewwa. Biex nissokta l-ġirja tal-ħajja … Grazzi Mulej! Continue reading Ħaseb li ħa naħrablu!

L-Opri tal-Ħniena

8. Katekeżi mill-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Straordinarji tal-Ġublew tal-Ħniena. 30 ta’ Ġunju 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm drabi, matul dawn l-ewwel xhur tal-Ġublew, smajna min jitkellem dwar l-opri tal-ħniena! Il-lum il-Mulej qed jistedinna nagħmlu eżami serju tal-kuxjenza. Tajjeb, fil-fatt, li ma tinsew qatt li l-ħniena m’hix kelma astratta, imma stil ta’ ħajja: persuna li tista’ tkun ħanina jew tista’ ma tkunx ħanina; stil ta’ ħajja.

Continue reading L-Opri tal-Ħniena