L-intervista ma’ La Croix

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, għeluq eżatt mill-ħmistax-il sena minn mindu San Ġwann Pawlu II żar il-pajjjiż għażiż tagħna fl-2001, Papa Franġisku kellu intervista mill-aktar interessanti mal-gazzetta Kattolika Franċiża La Croix. Din l-intervista saret fir-residenza stess tal-Papa Franġisku f’Casa Santa Marta fil-Vatikan.

L-intervista li ħadet aktar minn siegħa u li saret mill-ġurnalisti Guillaume Goubert u Sébastien Maillard, iffukat fuq sitt punti ewlenin. L-ewwel, l-għeruq Insara tal-Ewropa. It-tieni, l-emigrazzjoni. It-tielet, l-Iżlam. Ir-raba’ l-laïcité. Il-ħames, l-idejat tal-Papa fuq Franza. Is-sitta l-iskandli tal-pedofilija. Continue reading L-intervista ma’ La Croix