Splużjoni ta’ Ferħ!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kull darba li nżurhom għid li se ddurni waħda sew! Lanqas nilħaq inpoġġi fuq is-sufan li ma tarahiex ġewwa irrankata għal fuqi! Lanqas biss tagħtini nifs! Kemm tilagħqli wiċċi!

Ara taħsbu li toqgħod tqis li jien Patri! Anzi! X’ħin tarani bil-libsa twila kannella aktar tirranka u ttir għal fuqi! U daqqa titlagħli mal-kapoċċ. Imbagħad tinżel straxxnata għal fuq saqajja. U meta ma jkollhiex il-ballun f’ħalqha ara ġejja tilgħabli mal-kurdun! Imnalla nżommu f’post wieħed l-għaliex nispiċċa mingħajru! Minn Patri insir Qassis! U daqskemm tabeż fuqi tħallili ruxxmata suf abjad imwaħħal maċ-ċoqqa! Tant li nistħajjilni aktar Patri Dumnikan milli Franġiskan! Continue reading Splużjoni ta’ Ferħ!