In-Number One!

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju, fil-Knisja tagħna l-Kapuċċini f’Għajn Dwieli, kelli l-grazzja li nqaddes il-quddiesa tat-tfal fil-ġimgħa ta’ festi f’ġieħ Sant’Antnin ta’ Padova.

It-tfal ifakkruni f’dak li kien iħobb jagħmel il-Papa Emeritu, Benedittu XVI, qabel kien jagħti xi lecture fl-università: l-ewwel kien jaqsam it-tagħlim ma’ oħtu. U, jekk oħtu kienet tifhmu, allura kien ikollu ċ-ċertezza li l-istudenti kienu se jifhmuh żgur. It-tfal huma sfida għalina s-saċerdoti. Għax iniżżluna mill-ħafna teoriji u kliem tqil biex ngħaddulhom il-messaġġ tal-vanġelu bl-aktar mod sempliċi u li jinftiehem. Continue reading In-Number One!