Via Crucis b’differenza

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar il-Ħadd, 29 ta’ Mejju 2016, fil-quddiesa ta’ nofsinnhar, fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei, ġiet imbierka uffiċċjalment il-Via Crucis jew, kif nafuha aħjar, il-Via Sagra. Din il-Via Crucis hija xogħol l-infermier u skultur Antonio Mifsud.

Kienet ideja mill-isbaħ li, fil-ħin tal-omelija, is-Sur Mifsud stess għamel spjegazzjoni mill-aktar sabiħa u f’waqtha dwar ix-xogħol li ħareġ minn idejh. Min kien hemm preżenti għal din il-quddiesa li tqaddset nhar is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, Corpus Domini, seta’ aktar jammira din il-Via Crucis li ssuktat isebbaħ l-estetika u anki t-tifsir liturġiku li diġà jagħni lill-Kappella tal-Isptar Mater Dei. Kif qal Antonio Mifsud meta wieħed iħares lejn din il-Via Crucis jintebaħ li hija maħduma minn lenti pożittiva. Anki fit-tbatija. Continue reading Via Crucis b’differenza