Jitkellmu dwar il-paċi u jibgħatu l-armi

Min qiegħed jitkellem dwar il-paċi fis-Sirja għadu qed jibgħat l-armi – Il-Papa Franġisku. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Il-paċi fis-Sirja hija ”possibbli,” qal il-Papa Franġisku f’messaġġ bil-video b’appoġġ għal kampanja mnedija mill-Caritas Internationalis, ippubblikat fil-5 ta’ Lulju, li fih il-Papa ħeġġeġ lill-gvernijiet biex isibu soluzzjoni politika għall-gwerra li ilha serja ħames snin, messaġġ li fih ikkritika lil dawk il-pajjizi li għadhom jissupplixxu l-armi, iżda li jkunu l-ewwel li jitkellmu dwar il-paċi. ”Kif tista’ temmen f’xi ħadd li jmellsek bil-leminija u jagħtik bis-sikkina bix-xellugija?” Continue reading Jitkellmu dwar il-paċi u jibgħatu l-armi

Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani

Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani: waħħdu l-ħniena mal-ħajja tagħkom. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Il-Papa Franġisku bagħat telegramm lill-Majjistru Ġenerali tal-Ordni tal-Predikaturi – id-Dumnikani – li bħalissa qed jiltaqgħu fil-Kapitlu Ġenerali tal-Patrijiet Provinċjali, li qed isir fil-belt Taljana ta’ Bologna. Continue reading Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani