Korsijiet mill-IFP

Print Friendly, PDF & Email

Korsijiet mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għas-sena 2016/2017. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2016, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. Fost is‑16‑il kors offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar ir‑rispett lejn il‑ħajja umana, il‑ħajja tal‑familja, l‑Evanġelizzazzjoni, l‑użu tas‑social media fl‑Evanġelizzazzjoni u l‑Ekumenizmu.

Il‑korsijiet tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award. Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2016–2017 jista’ jitniżżel mis‑sit www.maltapfi.org/courses Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq info@maltapfi.org

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni lill‑Insara għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja.

Nhar is-Sibt waqt il-programm Kuntatt Fr Mark Sultana se jitkellem aktar fid-dettall dwar dawn il-korsijiet.

Leave a Reply

%d bloggers like this: