Leħen il-Ħniena ta’ Alla

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar ġie f’idejja ktieb tassew sabiħ li ġie stampat miċ-Ċentru Missjoni Kapuċċini. Dan huwa ktieb mimli riflessjonijiet dwar il-Ġublew tal-Ħniena.

Il-Ħniena ta’ Alla riflessjonijiet għall-Ġublew tal-Ħniena ta’ Alla huwa riżultat ta’ mhux anqas minn għoxrin kontribuzzjoni dwar din il-kwalità daqshekk importanti tal-Mulej. Fost l-awturi ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet qosra iżda li jmissu l-qalb insibu sittax minnhom li huma saċerdoti reliġjużi u djoċeżani u kif ukoll erba’ lajċi impenjati fil-Knisja. Dawn huma: Fr Philip Cutajar OFM Cap, Fr Silvestru Bonavia OFM Cap, Fr Stefan Attard, Fr Alexander Vella OCarm, Fr Joseph Ciappara OFM, Fr Martin Micallef OFM Cap, Mons. Lawrenz Sciberras, Fr Paul Sciberras, Fr Gerard Buhagiar, Fr Mario Attard OFM Cap, Fr Joe Buttiġieġ OFM Cap, John Formosa SDC, Joe Farrugia, Fr Hector Scerri, Mons. Anton Gouder, Mons. Charles Cordina, Philip E. Said u Joseph C. Camilleri. Continue reading Leħen il-Ħniena ta’ Alla