DISCERN calls for Telephone Interviewers

discern-advertDISCERN, the Institute for Research on the Signs of the Times is looking for motivated and friendly people to interview by telephone members of the general public. Applicants must be fluent in Maltese and English, with good communications skills. Work will be project-based, and ideal for anyone looking for flexible hours or temporary work, including students.

Applicants may be required to sit for an interview.  Interested persons should send a detailed CV by email to discern@maltadiocese.org or apply in writing to:
The Executive Director, DISCERN, 5 Lion Street, Floriana FRN 1514.
Applications will be treated in strict confidence.

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fiż-Żurrieq

Il‑Ħadd 24 ta’ Lulju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fil‑Knisja Parrokkjali, iż‑Żurrieq. Wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies u żar ukoll l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, fl-istess raħal.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fiż-Żurrieq

Kunu kuraġġjużi bħal Madre Tereża

Il-Papa Franġisku liż-żgħażagħ: “Kunu bennejja ta’ pontijiet biex tfarrku l-loġika tal-firda. Tħallux lil min jisirqilkom il-futur”

Biżżejjed ir-riferiment ta’ Madre Tereża ta’ Calcutta għall-kapitlu 25 ta’ Mattew, “il-foqra huma dawk mhux maħbuba, mhux mixtieqa… għad isir ħaqq minna fuq l-imħabba, u l-fqir hu Ġesù”, biex nifhmu r-rabta qawwija bejn ir-reliġjuża Albaniża u l-Papa li f’San Pietru sa jipproklamaha qaddisa fl-4 ta’ Settembru li ġej. Hekk Franġisku kiteb id-Daħla – li qed nippubblikaw minn qabel – għall-ktieb “Inħobbu lil min mhux maħbub”, li fih l-Editriċi Missjunarja Taljana ġabret żewġ interventi inediti li kienet għamlet Madre Tereża fl-1973, f’Milan, meta ltaqgħet maż-żgħażagħ u r-reliġjużi. Fit-test, iffirmat fit-13 ta’ Lulju, Franġisku jdur fuq iż-żgħażagħ li se jara l-ġimgħa d-dieħla fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fi Krakovja: “Kunu bennejja ta’ pontijiet biex tfarrku l-loġika tal-firda, tar-rifjut, tal-biża’ minn xulxin, kunu għas-servizz tal-foqra…”. Fil-ktieb Madre Tereża tgħid hekk: “L-agħar marda mhix il-ġdiem jew it-tuberkolożi, imma s-solitudni… Din hi l-kawża ta’ tant tħarbit, firda u gwerra li qed jifnuna llum”. Continue reading Kunu kuraġġjużi bħal Madre Tereża

Bniedem profetiku

Patri Mario Attard OFM Cap

Kien nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju tal-1963, sewwasew 53 sena ilu, meta l-Ispirtu s-Santu, permezz tal-Kardinali eletturi, għażel lil Giovanni Battista Montini biex ikun il-262 Papa tal-Knisja Kattolika, il-Vigarju ta’ Kristu u s-Suċċessur ta’ San Pietru. Il-Knisja u l-istorja jafuh bħala l-Beatu Pawlu VI. Continue reading Bniedem profetiku

Riċensjoni: Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda

Riċensjoni

Joseph Bezzina, Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda. 1889-1973, Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex 2016, 200 pp. + 87 illustrazzjoni.

Qoxra-Ktieb-Madre-GemmaIl-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù qed ixxandar għall-ewwel darba fi ktieb il-bijografija ta’ waħda minn uliedha li għexet ħajja qaddisa u wettqet missjoni kbira minn fuq is-sodda tal-mard tagħha. Madre Ġemma Camilleri, min-Nadur, li għexet bejn l-1889 u l-1973, għadha fuq fomm ta’ bosta li diġà f’ħajjitha qisuha bħala qaddisa, fosthom ħutha s-sorijiet u dawk li kienu jfittxuha għall-pariri spiritwali. Continue reading Riċensjoni: Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda