Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza

Capture

Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza – saċerdot maqtul fi knisja. Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza meta żewġ irġiel armati bi skieken ħanxru għonq saċerdot anzjan u ferew ieħor fi knisja fin-Normandija. Padre Federico Lombardi, direttur tas-Sala Stampa qal li din l-aħbar terribbli tiżdied sfortunatament ma’ sensiela ta’ vjolenza li f’dawn il-jiem qed taħsadna ta’ kuljum. Continue reading Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza

L-Arċisqof iħabbar id-deċizjoni li titwaqqaf ‘Dar il-Ħniena’

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħabbar li ser tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali. Spjega li l-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali. Continue reading L-Arċisqof iħabbar id-deċizjoni li titwaqqaf ‘Dar il-Ħniena’

“Le” għat-terroriżmu, imma “iva” għall-abort.

Ftit Ħsibijiet ta’ Joe Farrugia

CaptureGħadni kif qrajt l-aħħar aħbar mill-Ġappun.  “Jidħol b’sikkina f’ċentru tal-persuni b’diżabilità u joqtol 19”.  Ma nafx jekk sakemm inlesti dil-kitba qasira jitfaċċawx traġedji oħra aktar riċenti li jnessuna din.  Attakk terroristiku premeditat u organizzat?  Ġenn ta’ mument minn bniedem b’moħħu marid?  Traġedji bħal din illum saru parti mill-bullettini tal-aħbarijiet ta’ kuljum,  kemmxejn ma nibqħux sorpriżi jekk tgħaddi ġurnata u ma nisemghu b’xejn ġdid.  U l-ewwel domanda li tqum spiss tkun jekk dak jew dik li wettqu l-attakk kienux waħedhom inkella kienx hemm warajhom xi grupp infami. Continue reading “Le” għat-terroriżmu, imma “iva” għall-abort.