Ftit Ħsibijiet ta’ Joe Farrugia
Għadni kif qrajt l-aħħar aħbar mill-Ġappun. “Jidħol b’sikkina f’ċentru tal-persuni b’diżabilità u joqtol 19”. Ma nafx jekk sakemm inlesti dil-kitba qasira jitfaċċawx traġedji oħra aktar riċenti li jnessuna din. Attakk terroristiku premeditat u organizzat? Ġenn ta’ mument minn bniedem b’moħħu marid? Traġedji bħal din illum saru parti mill-bullettini tal-aħbarijiet ta’ kuljum, kemmxejn ma nibqħux sorpriżi jekk tgħaddi ġurnata u ma nisemghu b’xejn ġdid. U l-ewwel domanda li tqum spiss tkun jekk dak jew dik li wettqu l-attakk kienux waħedhom inkella kienx hemm warajhom xi grupp infami. Continue reading “Le” għat-terroriżmu, imma “iva” għall-abort.