Il-qaddisin jitbissmu!

Patri Mario Attard OFM Cap

Xi ġimgħat ilu kelli l-grazzja li nkun preżenti għat-68 Kapitlu Ordinarju Elettiv tal-Provinċja għażiża tagħna l-Kapuċċini Maltin. Il-Kapitlu huwa nifs ġdid. Jew, kif iħobb jgħid bl-ilsien Ingliż wieħed mill-patrijiet tagħna, full stop u fresh line.

F’wieħed mid-diversi waqfiet li kellna għall-kafè wieħed mill-Patrijiet tagħna irrakkuntali fatt li tant għamilli ġid u ġagħlni tassew nirrifletti. Dan il-Patri qalli li wieħed raġel, mimli tattoo minn rasu sa’ saqajh, mar iqerr ħdejn l-istatwa tal-Qaddis San Luigi Gonzaga. Hekk kif temm il-qrara tiegħu dan ir-raġel dar lejn il-Patri tagħna u qallu: “Kos Patri! Taf x’qed ngħid? Intom lilna tgħidulna kemm il-qaddisin kienu ferħanin. U ħa ngħidlek, ma tarax statwa tagħhom, imqar waħda, li tippreżenta qaddis mbissem”. Ma ninsa’ qatt x’qalli dan il-Patri ħabrieki: “Osservazzjoni bħal din ħallietni għal ħafna sigħat naħseb, fuq kollox li dan il-bniedem kellu raġun!” Continue reading Il-qaddisin jitbissmu!