Dawra mal-Imdina

Patri Mario Attard OFM Cap

Dak il-jum kien wieħed ta’ sħana kbira. Sħana li x-xemx taqli l-ġrieden fis-sajf ta’ Malta biss taf tagħti. Imma issa fi żmienha qiegħdin. Ma tistenniex ħaġa oħra. Veru?

Biex naqtagħha fil-qasir iddeċidejna li dik illejla kellna nqattgħuha b’mod speċjali. Mhux neċessarjament fir-rimi tal-flus. Le! Biex tgawdi u tieħu gost m’hemmx għalfejn tonfoq bl-addoċċ. Ir-raġunament: “La għandi ejja ħa naħraq!” ma jreġix. Huwa argument ta’ min jara sal-ponta ta’ mnieħru. U x’jiġrilu min jara biss sal-pont ta’ mnieħru? Mhux jitwerreċ sieħbi! Int trid titwerreċ? Jekk ma tridx, bħalma ma rridx jien, mela ejja naraw ‘il bogħod ‘il bogħod minn din in-naqra ta’ ponta li għandna fuq imneħirna! Continue reading Dawra mal-Imdina