Kemm iħobbhom lin-nies!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ġesù jaffaxxinani! Mhux għax jien Patri. Lanqas għax Nisrani. Jaffaxxinani, l-ewwel u qabel kollox, għax bniedem.

Ġesù huwa Alla nnifsu. Mhux hekk jgħidilna San Ġwann fl-ewwel sentenza tal-Prologu tal Vanġelu tiegħu: “Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla” (Ġw 1:1)? Issa dan il-Verb, li hu Alla, li “kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar” (Ġw 1:3), ħalaq ukoll il-bniedem. Mela ħalaq lilek, li temmen mod. U l-kulur tiegħek huwa dan. U lili, li nemmen mod ieħor. U l-kulur tiegħi huwa ieħor. Continue reading Kemm iħobbhom lin-nies!