Il-Ħniena għodda ta’ Komunjoni

26. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 17 ta’ Awwissu 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq li nirriflettu fuq il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż. Fil-bidu tar-rakkont li jagħtina Mattew (ara 14:13-210, Ġesù kien għadu kemm ħa l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, u jaqsam l-għadira bid-dgħajsa jfittex “post imwarrab” (v. 13) biex ikun waħdu. Imma n-nies tinduna u tmur qablu bil-mixi hekk li “xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom” (v. 14).

Continue reading Il-Ħniena għodda ta’ Komunjoni

Tidħolx ħdejh!

Patri Mario Attard OFM Cap

Qiegħdin ngħixu f’dinja sabiħa. Imma, fl-istess ħin, midinba. Id-dgħjufija tad-dnub inġorruha ilkoll. Jien l-ewwel wieħed. Għaliex bniedem bħalkom.

Nafu li fostna hawn tgħix il-grazzja ta’ Alla. Ninnutaw bil-qlub ġenerużi li hawn madwarna. Mhux sempliċiment l-għaliex il-ġabriet tal-Milied qiegħdin iwaqqfu r-records. Allaħares il-grazzja titkejjel minn hekk biss. Għalkemm dan hu tajjeb il-karità trid tkun is-sena kollha. Staqsi lill-istituti. Fil-Milied it-tfal ikunu fully booked bl-appantumenti. Issa ġew mistiedna l’hawn. Imbagħad ġew mistiedna l’hemm. Imma x’jiġri fil-jiem tas-sajf, fejn ħafna jaqbdu t-triq għall-ajruport ħa jsifru jew imorru fil-post tal-villeġġatura tagħhom? X’isir minnhom it-tfal anqas ixxurtjati minna? Naħsbu fihom bħalma naħsbu fil-jiem tal-Milied? Jew inħalluhom fl-istituti tagħna u nserrħu l-kuxjenza li hemm min jistedinhom basta mhux aħna? Mela, taqbel miegħi li l-karità mhux biss għandha issir imma li ssir l-aktar meta ma jkunx peak season għaliha li ssir. Bħalma, ngħidu aħna, fis-sajf. Continue reading Tidħolx ħdejh!