Iż-Żwieġ fil-kultura ta’ żmienna

Dr Nadia Delicata – Lecturer tat-Teoloġija Morali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

(Dan l-artiklu kien publikat fir-rivista “Il-Karmelu”)

Id-dinja tinbidel. Jew ahjar, waqt li l-bniedem ibiddel id-dinja li jgħix fiha, jinbidel hu nnifsu wkoll.

Fis-seklu għoxrin għaddejna minn bidla kulturali radikali. It-tifel u t-tifla ma baqgħux jitrabbew biex isegwu l-passi tradizzjonali ta’ l-omm u l-missier. Bħal ħutha subien, il-bint bdiet titrawwem kiex tagħti “kontribut” lis-“soċjetà”—jew aħjar lill-ekonomija—billi tiżviluppa t-talenti kollha tagħha. Continue reading Iż-Żwieġ fil-kultura ta’ żmienna

Il-penalties

Patri Mario Attard OFM Cap

Għadna kemm spiċċajna l-kompetizzjoni tal-EUFA EURO 2016. Awguri lil kull min ħa sehem. Nifirħu lilkom li rbaħtu! Filwaqt li nirringrazzjaw lilkom li tħabbatu sal-aħħar! Tassew ammirajniekom! Dmugħkom wera li tajtu qalbkom u dak kollu li tafu sal-aħħar!

L-aktar ħaġa li nikktitni f’dan il-kampjonat, u anki fil-kampjonati l-oħra ta’ din ix-xorta, hija l-għoti tal-penalties. Wara li żewġ timijiet ikunu baqgħu jissieltu sal-aħħar nifs għal kull ballun jasal dak l-imbierek mument, biex ma ngħidlux ħaġa oħra, fejn ikollna nassistu għall-lotterija! X’tensjoni! Xi qtiegħ ta’ qalb! Ma nafx jekk qattx kienx hemm xi tabib li skuraġġixxa bil-kbir lil xi pazzjent milli għandu, li qalbu ma tantx hi f’saħħitha, milli jara l-għoti tal-penalties. Dan m’hu spettaklu sabiħ xejn! Ħa ngħidilkom, għaliex ġarrabtha jien stess, li f’dak il-ħin il-kamra l-baxxa, jew ir-restroom, tkun trid! U mhux is-sett jaħraq tat-televiżjoni! Nifhem minn qalbi lil dawk li, saħansitra, jagħżlu li ma jarawx dan it-tejatru ta’ swied il-qalb. Nerġa’ ngħid, nifimhom! U nifimhom bil-bosta! L-emozzjoni tkun b’saħħitha wisq! Imma … Il-ħajja! Continue reading Il-penalties