Qalb familjari

Patri Mario Attard OFM Cap

Qalb Papa Franġisku hija, mingħajr dubju, familjari. Qalb li tħabbat mal- u għall-familja. Dan l-aħħar iltqajt ma’ diskors li l-Papa għamel nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet lill-ħaddiema li jaħdmu mas-Santa Sede u mal-Belt-Stat tal-Vatikan. Dan id-diskors fih erba’ battuti li tassew iġagħluk taħseb. Fih ftit pariri li tassew jinżlu għasel għall-familji tagħna l-Maltin.

Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jieħdu ħsieb aktar lill-familji tagħhom. Qalilhom: “Inħeġġiġkom biex tieħdu ħsieb iż-żwieġ tagħkom u l-uliedkom”. Saħqilhom: “Ħudu ħsiebhom u twarrbuhomx. Ilgħabu ma’ wliedkom”. Continue reading Qalb familjari