Il-Knisja Kattolika, iż-żwieġ u relazzjonijiet oħra

Dr Nadia Delicata – Lecturer tat-Teoloġija Morali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

(Din il-kitba kienet publikata fil-gazzetta “Il-Mument” 19-4-2015)

Il-Knisja Kattolika tara r-relazzjoni bejn mara u raġel bħala essenzjali, u allura naturali, għall-bniedem. Dan mhux biss fuq livell sesswali, fejn ir-relazzjoni bejn mara u raġel tnissel ġenerazzjonijiet ġodda. Imma anke għax ir-relazzjonijiet tagħna jagħtuna identità. L-adult jiżviluppa permezz ta’ relazzjonijiet ta’ kollaborazzjoni, ħbiberija u mħabba, waqt li t-tarbija għandha bżonn kura fiżika u ħafna għożża biex tikber u timmatura. Għalhekk l-importanza tal-familja, fejn l-omm u l-missier jieħdu ħsieb u jħobbu lil xulxin għall-iżvilupp intimu u personali tagħhom, waqt li jgħożżu lil uliedhom u jkunu ta’ eżempju għalihom biex dawn isiru cittadini tajba. Continue reading Il-Knisja Kattolika, iż-żwieġ u relazzjonijiet oħra

Iġbidlu r-riedni!

Patri Mario Attard OFM Cap

Iż-żwiemel sbieħ! Jogħġbuni! Annimali intelliġenti u sensittivi ħafna. Mela biex issuqhom trid għerf kbir!

Dan narah mill-ġerrejja bravi tagħna li għandna l-Marsa. Nibqa’ mistgħaġeb bil-mod kif issuqhom. L-aktar kif iqassmulhom it-tiġrija! Ma jistax ikun li jkollok żiemel f’idejk u titfgħu għal hemm mill-bidu. Jiġifieri tibda’ tisprintjah mill-bidu. Lanqas jekk ikun żiemel li jibda’. Li malli titlaq il-karozza tat-tluq arah mill-ewwel imurlek quddiem mar-rails. Iż-żiemel trid tibża’ għalih. Ħalli meta titolbu jaqla’, u jaqla’ minn fejn ikun, ikun jista’ jaqla’ u jagħtik il-gost tar-rebħa. Jekk dan il-kontroll ma jseħħx jew iż-żiemel jingħalaq wara l-bhejjem l-oħra. Inkella ma jkunx jiflaħ jiġri kemm għandu jiġri u miskin jeqleb. Għalhekk, ġerrej tajjeb irid joqgħod b’seba’ mitt għajn biex liż-żiemel tiegħu jikkontrollah fejn għandu jikkontrollah ħalli jasal fuq il-ġister tat-trijonf! Continue reading Iġbidlu r-riedni!