Kamarti …

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli laqgħa fil-kunvent fejn bdejt l-avventura jew il-ħolma li l-Mulej tani, bi grazzja u mhux l-għaliex jistħoqqli, li ngħix. Ħolma li issa tlaħħmet f’ħajti l-għaliex sirt Patri Franġiskan Kapuċċin. Is-sħab ma baqax sħab. Sar stil ta’ ħajja. Rejaltà.

Dħalt fil-kunvent pittoresk tagħna l-Kapuċċini tal-Kalkara. Għat-8.30 ta’ filgħodu. Diġà l-mawra tiegħi lejn il-kunvent issaqqet mill-grazzja tal-karità. Wieħed mill-Patrijiet żgħażagħ tagħna tani lift sal-kunvent. Kemm apprezzajt! Continue reading Kamarti …