Il-Maħfra fuq is-Salib

31. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 28 ta’ Settembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-kliem li Ġesù jlissen matul il-Passjoni tiegħu jsib il-quċċata tiegħu fil-maħfra. Ġesù jaħfer: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu” (Lq 23:34). Mhuwiex biss kliem, għax dan sar għemil konkret fil-maħfra offruta lill-“ħalliel it-tajjeb”, li kien maġenbu. San Luqa jirrakkonta dwar żewġ ħatja misluba ma’ Ġesù, li jduru fuqu b’atteġġjamenti bil-maqlub ta’ xulxin.

Continue reading Il-Maħfra fuq is-Salib

Id-deżolazzjoni spiritwali tintrebaħ bit-talb

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

X’jiġri fi qlubna meta ninħakmu mid-deżolazzjoni spiritwali? Hi l-mistoqsija li għamel il-Papa Franġisku dalgħodu, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Il-Papa tkellem dwar Ġob u dwar l-importanza tas-silenzju u tat-talb biex negħelbu l-waqtiet mudlama.

Continue reading Id-deżolazzjoni spiritwali tintrebaħ bit-talb

Kliem ta’ min jixtarru

Patri Mario Attard OFM Cap

L-Ittra Pastorali li ħarġu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fis-Solennità ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, hija informattiva, formattiva u proattiva. Is-sinsla tal-argument tagħhom kienet karba u tħeġġiġa: Ngħożżu l-ħajja.

L-Isqfijiet qasmu din l-Ittra Pastorali qasira, diretta u għalliema f’erba’ partijiet. L-ewwel parti titħaddet fuq il-bżonn li nipproteġu l-ħajja dejjem u kullimkien. It-tieni parti tisħaq fuq it-theddida għall-ħajja fil-bidu tagħha. It-tielet tindirizza l-ewtanasja bħala t-theddida għall-ħajja. Filwaqt li fir-raba’ u l-aħħar parti l-Ittra Pastorali tħeġġeġ fuq l-importanza li nżidu l-kura u mhux noffru l-mewt. Continue reading Kliem ta’ min jixtarru

My birthmate’s canonization

Fr Mario Attard OFM Cap

With the fascinating melody of the great song written by the I pooh star, Ricardo Foglio, Storie di Tutti giorni (Everyday stories), I revently approached the life of my birthmate who now the Church has officially canonized as Saint Teresa of Calcutta.

Hers is a captivating story. It was not a story of those great hereos that history books speak about. She did not set sail toconquer entire peoples under compulsion. Thus, creating more poverty while enriching her pockets. No! Mother heard thepowerful cry of the dying Jesus on the Cross, “I thirst” (John 19:28). She responded with great generosity to that call. Continue reading My birthmate’s canonization

Biex naqbad mal-WIFI

Patri Mario Attard OFM Cap

Niftakar li kien il-Ħadd 10 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù fix-xmara Ġordan. X’jum sabiħ kien! Emmnuni li ġurnata ta’ 12-il siegħa xogħol ma rajtiex għaddejja f’Mater Dei! X’saħħa ħassejt tiġri ma’ ġismi u ruħi f’dak il-jum!

Dakinnhar kelli nqaddes il-quddiesa ta’ nofsinnhar. Quddiem Knisja ippakkjata bin-nies kif se nfisser il-magħmudija? Qabel bdejt l-omelija tlabt bħas-soltu man-nies lill-Ispirtu s-Santu ħalli l-omelija tkun ġejja minnu mhux minn moħħi. Kif ftaħt għajnejja l-viżjoni tahieli ċara kristall. L-ismart phone! Continue reading Biex naqbad mal-WIFI

Teżor moħbi lest biex jiġi skopert

Patri Mario Attard OFM Cap

L-Istitut Agostinjan minn dejjem ħadem kemm felaħ biex iġib ‘il quddiem l-imħabba lejn il-Kelma ta’ Alla, kif mgħoddija lilna b’tant imħabba u fedeltà minn Missirijiet il-Knisja. F’dawn il-Missirijiet, fosthom l-għaref Santu Wistin, l-Istitut Agostinjan jara l-importanza u r-rilevanza tagħhom mhux biss għat-tiġdid kontinwu tal-Knisja imma wkoll, fuq kollox, għat-tiġdid ta’ kull persuna li trid li jkollna relazzjoni mal-Mulej li “tagħmel ħafna frott” (Ġw 12:24).

Għalhekk, konxju mill-importanza kbira ta’ dawn il-Missirijiet fil-ħajja tan-Nisrani u ta’ dawk fostna li, b’sinċerità u b’qalb miftuħa, qegħdin ifittxu l-verità li timliehom bil-paċi biex jibqgħu jfittxuha aktar u aktar fil-fond l-Istitut medd għonqu għax-xogħol sabiħ u ta’ sfida li jwassal dan it-tagħlim sabiħ li jinforma u jifforma. Continue reading Teżor moħbi lest biex jiġi skopert