L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar


Il‑Ħadd 11 ta’ Settembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Grazzja, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż Żabbar.

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar

Għeżież Personalitajiet distinti, għeżież Żabbarin,
jiena nirringrazzjahom bil-qalb tal-ħidma tagħhom u aħna lkoll nirringrazzjawkom f’isem Sidtna Marija u Binha Ġesu. Nirringrazzja ħafna lill-personalitajiet distinti li għoġobhom jiġu biex jiċċelebraw magħna, insellem lilek Onorevoli Ministru Dalli, Onorevolu Ministru Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, kif ukoll is-Sindku. Jiena napprezza ħafna dejjem il-preżenza tagħkom, jiena nirringrazzjakom meta narakom, għaliex mhux biss il-preżenza tagħkom hija rikkonoxximent tal-komunità Nisranija, imma wkoll hija ta’ inkoraġġament u aħna nixtiequ wkoll ninkoraġġukom. Nirringrazzjakom ilkoll kemm intom ta’ dak kollu li tagħmlu għall-pajjiżna.
Jiena nixtieq nawgura liż-Żabbarin mill-qalb: festa verament sabiħa, issa waslet fil-konklużjoni tagħha billi llejla jkun hawn il-purċissjoni solenni b’din l-istatwa għażiża tal-Madonna tal-Grazzja. Kif qal l-Arċipriet, aħna nagħmlu festa sabiħa jekk kull sena nippruvaw nimitaw iżjed lill-Madonna. Il-kelma tagħha kienet: “agħmlu dak li jgħidilkom Ġesù” (Ġw 2, 5). Kelma mhux faċli, iżjed ma nippruvaw f’din is-Sena tal-Ħniena, iżjed ikollna l-paċi fil-qalb u nimtlew bħalha kif iridna l-Mulej. Nirringrazzjakom u jiena ningħaqad mal-għajta tagħkom: Viva l-Madonna tal-Grazzja.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.