Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Li wieħed joqtol f’isem Alla huwa sataniku

Li wieħed joqtol f’isem Alla huwa sataniku


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa Franġisku dalgħodu ċċelebra quddiesa għas-saċerdot Franċiż ta’ Rouen, Fr Jacques Hamel, li huwa ddeskriva bħala parti mill-katina ta’ martri Nsara li nsibu fl-istorja tal-Knisja. Fr Hamel inqatel f’Lulju minn żewġt irġiel li ħalfu alleanza ma’ dak li jissejjaħ Stat Iżlamiku, waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa fil-parroċċa tiegħu.

 

Il-Papa qal lill-kongregazzjoni miġbura f’Santa Marta – li kienet tinkludi lill-Arċisqof Dominique Lebrun ta’ Rouen, flimkien ma’ 80 pellegrini oħra mid-djoċesi – li li toqtol f’isem Alla huwa sataniku.

Huwa rrifletta dwar il-ħafna martri li huma parti mill-istorja tal-Knisja Kattolika u qal li din hija storja li tirrepeti lilha nnifisha fil-Knisja u llum hemm aktar martri Nsara milli kien hemm fil-bidu tal-Kristjaneżmu.

‘Illum’ – żied jgħid il-Papa – ‘hemm Insara li huma maqtula, ittorturati, mitfugħa l-ħabs, għaliex ma jiċħdux lil Ġesù Kristu. Din l-istorja tkompli b’Fr Jacques: huwa parti minn din il-katina ta’ martri.’

U kompla: ‘Fr Jacques Hamel inqatel hekk kif kien qiegħed jiċċelebra s-sagrifiċċju tat-tislib ta’ Kristu. Raġel tajjeb, raġel manswet, raġel li dejjem ipprova jibni l-paċi, inqatel. Din hija l-katina satanika tal-persekuzzjoni.’ Imbagħad il-Papa qal: ‘X’ferħ li kieku r-reliġjonjiet kollha jgħidu: li toqtol f’isem Alla huwa sataniku!’

Fuq l-altar kien hemm ritratt sempliċi ta’ Fr Hamel li nqatel fis-26 ta’ Lulju u l-liturġija xxandret b’mod dirett mill-istazzjon televiżiv tal-Vatikan.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: