Tista’ titlob għalija?

Patri Mario Attard OFM Cap

Xi xhur ilu kont qed inżur familja. F’daqqa u l-ħin id-diskors dar bħal ċirasa fuq frażi li jien, bħala Patri, tgħidx kemm nismagħha! L-aktar fl-Isptar fejn naħdem! “Patri, tista’ titlob għalija?”

Waħda mir-raġunijiet l-għaliex ix-xogħol fl-Isptar inħobbu hija li f’dan il-post qaddis inħossni nieħu tagħlima wara l-oħra. Mhux ta’ b’xejn mela li għal San Ġorġ Preca l-Isptar huwa wieħed mill-kotba l-kbar tal-ħajja! Għalhekk, meta smajt din il-frażi tidwi f’moħħi u f’qalbi, għedt: “La jien Nisrani, ħa nara x’tgħid il-Bibbja fuq din il-biċċa li nitolbu għal xulxin?” U bdejt infittex… U aqta’ x’sibt?… Continue reading “Tista’ titlob għalija?”