Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-loġika tal-pitgħada

Il-loġika tal-pitgħada


Il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

In-Nisrani jrid ikollu l-kuraġġ li jgħix bil-loġika tal-pitgħada, jiġifieri biċ-ċertezza tal-qawmien mill-mewt li hija wkoll l-għerq l-aktar fond tal-opri tal-ħniena. Dalgħodu, waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta, il-Papa wissa kontra t-tentazzjoni li nkunu kkundizzjonati minn ħniena spiritwalista jew li nieqfu biss fil-loġika tal-preżent u tal-passat.

 

Għall-meditazzjoni tiegħu l-Papa Franġisku ħa spunt mill-Vanġelu tal-lum minn San Luqa u qal li meta jisma’ din is-silta jkollu jitbissem. Dan għaliex xi appostli kien għad għandhom għall-Maddalena u dejjem raw kif ifakkru l-passat tagħha tant li kitbu li minnha ħarġu seba’ xjaten. Iżda hi kienet ukoll l-appostlu tal-qawmien. Il-Papa kkwota wkoll l-ewwel qari tal-lum fejn San Pawl jgħid illi, li kieku Ġesù ma qamx mill-imwiet, lanqas aħna mhu se nqumu, għax ried juri l-importanza tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù għas-salvazzjoni tagħna.
Il-Papa ta l-eżempju wkoll ta’ meta aħna ngħidu l-Kredu u donnu lejn l-aħħar nibdew ngħaġġlu: il-Knisja Kattolika, il-qawma mill-imwiet… forsi għax ma nafux sew kif se tkun din il-qawma u nibżgħu mill-mewt tal-ġisem.

Skont il-Papa l-ispjegazzjoni hija sempliċi: faċli għalina nidħlu fil-loġika tal-passat, għaliex hija konkreta, rajnieha. U l-istess nistgħu ngħidu għal-loġika tal-preżent: qed narawha. Iżda huwa aktar diffiċli li nidħlu fil-loġika tal-futur għax bħas-Saduċej ngħidu: il-Mulej iħobbna u se jħallina ngħixu. Il-loġika ta’ għada għalina tfisser li lkoll irridu mmutu. Id-diffiċli hija l-loġika tal-pitgħada: x’se jiġri? Il-kwistjoni ċentrali hija r-riżurrezzjoni: Kristu qam mill-mewt u huwa ċar li ma qamx mill-mewt bħal fantażma. Għalhekk, meta rrakkonta l-qawmien ta’ Ġesù, l-evanġelista Luqa tenna l-kliem ta’ Ġesù: ‘Missuni, tuni niekol.’

Il-Papa temm jgħid li meta nifhmu sew il-loġika tal-passat huwa sinjal ta’ maturità; huwa sinjal ta’ maturità li timxi fil-loġika tal-preżent. Huwa wkoll sinjal ta’ maturità li jkollok il-prudenza biex tara l-loġika tal-għada, tal-futur. Imma hemm bżonn ta’ grazzja kbira mill-Ispirtu s-Santu biex tifhem din il-loġika tal-pitgħada, wara t-trasformazzjoni, meta Huwa għad jerġa’ jiġi u jeħodna fis-sema miegħu għall-eternità. Lill-Mulej, temm il-Papa, nitolbuh il-grazzja ta’ din il-fidi.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: