L-anġli tal-vara

Patri Mario Attard OFM Cap

Fl-ewwel jiem tiegħi fil-Marsa, fil-Parroċċa tat-Trinità, wara lejl iebes ta’ xogħol fl-Isptar Mater Dei, x’fejqan inħoss meta ninżel dik u nagħmel dik il-passiġġjata fil-Knisja vojta minn nies! U jien u miexi ngħid f’qalbi: “ Grazzi Mulej! X’kapolavur ta’ knisja din!”

Nimxi. U għajnejja, ġieli magħluqin bil-għejja tal-kilometri li nterraq fl-Isptar, f’ħidmieti mal-morda, donnhom jieħdu r-ruħ kull darba li ninżel f’dan il-post qaddis. Santwarju mibni b’tant imħabba mis-sinjuri Balbi. Xempju tal-ġenerożità. Continue reading L-anġli tal-vara