Teżor moħbi lest biex jiġi skopert

Patri Mario Attard OFM Cap

L-Istitut Agostinjan minn dejjem ħadem kemm felaħ biex iġib ‘il quddiem l-imħabba lejn il-Kelma ta’ Alla, kif mgħoddija lilna b’tant imħabba u fedeltà minn Missirijiet il-Knisja. F’dawn il-Missirijiet, fosthom l-għaref Santu Wistin, l-Istitut Agostinjan jara l-importanza u r-rilevanza tagħhom mhux biss għat-tiġdid kontinwu tal-Knisja imma wkoll, fuq kollox, għat-tiġdid ta’ kull persuna li trid li jkollna relazzjoni mal-Mulej li “tagħmel ħafna frott” (Ġw 12:24).

Għalhekk, konxju mill-importanza kbira ta’ dawn il-Missirijiet fil-ħajja tan-Nisrani u ta’ dawk fostna li, b’sinċerità u b’qalb miftuħa, qegħdin ifittxu l-verità li timliehom bil-paċi biex jibqgħu jfittxuha aktar u aktar fil-fond l-Istitut medd għonqu għax-xogħol sabiħ u ta’ sfida li jwassal dan it-tagħlim sabiħ li jinforma u jifforma. Continue reading Teżor moħbi lest biex jiġi skopert