Patri Mario Attard OFM Cap
Niftakar li kien il-Ħadd 10 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù fix-xmara Ġordan. X’jum sabiħ kien! Emmnuni li ġurnata ta’ 12-il siegħa xogħol ma rajtiex għaddejja f’Mater Dei! X’saħħa ħassejt tiġri ma’ ġismi u ruħi f’dak il-jum!
Dakinnhar kelli nqaddes il-quddiesa ta’ nofsinnhar. Quddiem Knisja ippakkjata bin-nies kif se nfisser il-magħmudija? Qabel bdejt l-omelija tlabt bħas-soltu man-nies lill-Ispirtu s-Santu ħalli l-omelija tkun ġejja minnu mhux minn moħħi. Kif ftaħt għajnejja l-viżjoni tahieli ċara kristall. L-ismart phone! Continue reading “Biex naqbad mal-WIFI”