Iż-Żjara tal-Papa Franġisku fl-Isvezja fil-31 t’Ottubru

Minn Patri Silvestru Bonavia

X’ġara eżatt 500 sena ilu u x’ser jiġri għada

L-aħħar jum t’Ottubru 500 sena ilu, eżattament is-sena d-dieħla, huwa jum imniżżel fl-istorja bħala l-bidu ta’ dik li ġiet imsejħa “Riforma Luterana”. Dak inhar ħadd m’għaddielu minn moħħu x’kellhom ikunu l-effetti tagħha! Illum wara 500 sena, l-istudjużi li m’għandhom ebda passjoni reliġjuża, kemm kattoliċi kif ukoll insara oħrajn, iħarsu lejn il-fatti mod ieħor. Biż-żejjed wieħed jara d-Dokument Mill-Konflitt għall-Komunjoni li ħareġ fl-2013 mill-Kummissjoni Luterana u Kattolika għall-Għaqda magħmula minn 22 studjużi tal-ogħla livell mid-dinja kollha wara snin twal ta’ studji u laqgħat u talb flimkien. Ma nistgħux inħallu barra s-sehem kbir tal-istudjuż kattoliku Joseph Lortz (1887-1975) li ta spinta qawwija b’mod speċjali bl-istorja kritika tiegħu tar-Riforma fil-Ġermanja u bl-ispirtu ekumeniku kbir li ġa kellu ħalla effett fuq il-Konċilju Vatikan II. Continue reading “Iż-Żjara tal-Papa Franġisku fl-Isvezja fil-31 t’Ottubru”

Let us not abandon the elderly!

Fr Mario Attard OFM Cap

The elderly are very much treasured by Pope Francis. Suffice to have a look at his innumerable speeches to notice how many times he mentions them. For the Argentinean Pontiff the elderly today risk being crushed by the throwaway culture of our times.

The bottom line message of his address to the members of the Pontifical Academy for Life, who met in Rome for their General Assembly on Thursday 5 March 2016 was simply this: We must not abandon the elderly! In his observations to the Assembly which centred on the theme: Assisting the elderly and palliative care, Pope Francis said that palliative care “is an expression of the properly human attitude of taking care of one another, especially of those who suffer. It bears witness that the human person is always precious, even if marked by age and sickness.” Continue reading “Let us not abandon the elderly!”

L-Arċisqof jindirizza Konferenza Nazzjonali tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku

Nhar is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2016: L-Arċisqof indirizza membri tat-Tiġdid Kariżmatiku, waqt Konferenza Annwali Nazzjonali, fis-sala ewlenija tal-Iskola Sekondarja Sant’Agata, ir-Rabat. Continue reading “L-Arċisqof jindirizza Konferenza Nazzjonali tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ordinazzjoni tad-Djakonat

Il‑Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2016: Tliet seminaristi u żewġ patrijiet Franġiskani ġew ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, f’Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ordinazzjoni tad-Djakonat”