Ma nafx nitlob! X’għandi nitlob?

Patri Mario Attard OFM Cap

Nammetti! Inħobb nitgħallem! Anzi! L-hena tiegħi nitgħallem! U, ħafna drabi, l-aktar tagħlimiet kbar tgħallimthom mill-ktieb tal-ħajja u mhux tal-karta! Minn nies sempliċi u umli u mhux minn dawk ta’ mneħirhom imxammar u li jaħsbu li jafu ħafna! Li jafu kollox!

Ġieli nies ta’ qalb kbira, li quddiem il-Mulej qalbhom tixgħel bis-sinċerità u bl-imħabba li hemm fihom, fosthom intom, jistaqsuni: “Patri! Ma nafx nitlob! X’għandi nitlob?” L-ewwel nett nixtieq iva nirringrazzja minn qalbi lil dawn in-nies kbar. L-għaliex huma propju huma li tant jitfgħuni nirgħa f’misteri kbar tal-ħajja. Issa jien, li m’għandix it-tweġibiet ta’ kollox, salpajt għal dan il-vjaġġ li jismu: “Ma nafx nitob! X’għandi nitlob?” U, jiena wkoll terraqt u għandi nterraq ħa nara ftit xi tweġiba għandi nieħu għalija u għall-oħrajn. Continue reading “Ma nafx nitlob! X’għandi nitlob?”